Ħinijiet tal-ftuħ tal-librerija tal-iskola fis-Sajf

Għeżież Ġenituri/Gwardjani

Nixtiequ ngħarrfukom li l-librerija tal-iskola se tiġbor lura l-kotba mislufa lilkom mill-iskola.

L-istudenti tas-seba’ sena għandhom jiġu bil-kotba nhar il-Ħamis 27 ta’ Ġunju 2019 bejn it-8.00am u l-11.00am.  Dak in-nhar stess huma se jingħataw il-kotba għat-tmien sena.

L-istudenti tat-tmien sena huma mitluba li jġibu lura l-kotba nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ġunju 2019.

Ngħarrfukom ukoll li l-librerija tal-iskola ser tkun miftuħa għal tislif ta’ kotba għall-istudenti tagħna, kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Tlieta bejn it-8.30am u l-12.15pm, mill-15 ta’ Lulju 2019 sat-3 ta’ Settembru 2019.

Filwaqt li nixtiequlkom Sajf ta’ mistrieħ

Inselli għalikom

Ms M Abdilla

Kap tal-Iskola   

Add Comment