Intervent ġol-Klassijiet

Bħala grupp tal-Eko-Skola aħna ridna nkunu ċerti li kull klassi fl-iskola tagħna tkun qed tirriċikla sewwa u li ma tkunx qed taħli dawl mixgħul għal xejn. Sabiex inkunu ċerti li kulħadd qed jagħmel xogħlu tajjeb, aħna ppreparajna preżentazzjoni li tispjega x’għandhom jagħmlu t-tfal sabiex ikunu qed jirriċiklaw sew u ma jeħlux dawl. Aħna għidnilhom li qabel ma jkunu ħerġin minn ġol-klassijiet it-tfal għandhom jitfu d-dwal, l-arja kondizzjonata u l-fannijiet. Urejnihom ukoll kif għandhom jirriċiklaw sewwa sabiex ikollna ambjent aktar nadif u nkunu ċittadini responsabli. Aħna, l-kumitat tal-Eko-Skola flimkien ma’ Eco-Wardens morna tnejn-tnejn f’kull klassi waqt il-ħin tal-‘Form Teacher Time’. Darba morna għand il-klassijiet tas-seba’ sena u darba għand dawk tat-tmin sena.

Maria Grech Yr 8 Segretarija tal-Eko-skola

Add Comment