Linji gwida u informazzjoni għall-Ġenituri/Gwardjani (fuq struzzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika)

Bħalissa l-iskola tinsab fil-proċess li tilqa’ mill-ġdid lill-istudenti u qed tagħmel minn kollox biex tieħu l-miżuri kollha neċessarji minħabba l-imxija. Għalhekk waqt li f’dawn il-ġranet ser inkomplu nżommukom informati, ser inkunu qed naġġornawkom ukoll dwar meta se jibdew l-istudenti, Year group, Year group, dwar il-pick-up points tat-trasport u tagħrif ieħor meħtieġ bħal dan li ġej.

Filgħodu qabel l-istudenti ma jitilqu mid-dar għall-iskola
• It-tfal m’għandhomx jintbagħtu l-iskola jekk iħossuhom ma jifilħux. Ikkonsultaw tabib.
• Għalhekk filgħodu l-ġenituri/gwardjani għandhom jiċċekkjaw lil uliedhom għal dawn is-sintomi u jżommu t-tfal id-dar f’każ li xi wieħed minn dawn ikun preżenti:
• Temperatura ta’ 37.2o C jew ogħla
• Uġigħ tal-griżmejn
• Tqaħqiħa ġdida mhux ikkontrollata
• Dijarrea, remettar, uġigħ ta’ żaqq
• Uġigħ ta’ ras sever

Għalkemm l-iskola se tkun mgħammra bi prodotti għad-diżinfettar, importanti li l-ġenituri/gwardjani jassiguraw li kull student ikollu fuqu prodotti għad-diżinfettar bħal wipes, tissues u gel għad-diżinfettar tal-idejn.
Trasport

• L-istudenti biss li huma rreġistrati biex jużaw ir-rotta se jkunu qed jitħallew jagħmlu użu mis-servizz. Kull student mistenni jżomm l-istess rotta u mhux se jkun permissibbli li jirkeb vetturi differenti.
• Jekk jogħġobkom infurmaw lit-tifel/tifla biex tilbes il-maskra/visor tul il-vjaġġ kollu u biex tibqa’ bilqiegħda fejn jgħidilha x-xufier jew is-supervisor.
• L-operaturi tal-vetturi/xufiera se jiddiżinfettaw postijiet li wieħed jaqbad magħhom ta’ spiss wara kull vjaġġ.
• It-Taqsima tat-Trasport tal-Iskejjel se tkun qiegħda tagħmel kontrolli b’mod spontanju biex tassigura li din il-miżura qed tiġi mħarsa.

Dħul u Ħruġ fl-Iskola
• Se jintużaw entraturi/postijiet tald-dħul u ħruġ differenti. Jekk jogħġobkom araw it-tabella aktar ‘l isfel
• Il-ġenituri/gwardjani mistennija jżommu d-distanza rakkomandata huma u jistennew barra l-iskola u mitluba jkunu fil-ħin u jitilqu hekk kif uliedhom jidħlu l-iskola. Rakkomandat li jilbsu maskra jew visor.
• Mal-wasla tagħhom l-istudenti se jintalbu jiddiżinfettaw idejhom u se titteħdilhom it-temperatura flentratura tal-iskola. Jekk student jinstab li għandu temperatura ta’ 37.2oC jew ogħla ma jitħalliex jibqa’
l-iskola.
• Wara l-istudent se jintalab jibqa’ sejjer dritt fil-klassi jew post magħżul minn qabel biex tinżamm il-bubble tal-klassi.

Użu ta’ Maskri/Visors
• L-istaff se jilbes il-maskra/visor tul il-ħin kollu.
• L-istudenti mitluba jiġu l-iskola lebsin il-maskra/visor.
• L-istudenti mitluba jilbsu l-maskra/visor fil-partijiet komuni tal-iskola bħal kurituri u toilets, kif ukoll fuq it-trasport.
• L-istudenti jistgħu jinżgħu l-maskra/visor biss waqt l-ikel u waqt l-Eżerċizzju Fiżiku.
• Il-maskri/visors iridu jintgħarfu b’isem it-tifel/tifla. Jekk jogħġobkom ħudu ħsieb ibagħtu mat-tfal borża jew pocket fejn il-maskra/visor tkun tista’ titqiegħed meta ma tkunx qed tintuża.
• Il-maskri jridu jinħaslu jew jinbidlu kuljum. Il-visors iridu jintmesħu u jiġu diżinfettati kuljum.

Il-ġurnata tal-iskola
• Fil-klassi se jkun hemm distanza adekwata bejn l-imwejjed, l-istudenti u l-membri tal-istaff.
• Il-breaks se jkunu f’ħinijiet differenti biex ikun hemm inqas tfal flimkien fl-istess ħin. It-tfal se jitħallew jilagħbu biss ma’ tfal oħra mill-klassi tagħhom.
• Qed inħeġġu lill-għalliema biex fejn possibbli jużaw il-btieħi biex jagħtu l-lezzjonijiet.
• Fil-klassi/kurituri l-bibien/twieqi se jinżammu miftuħa għall-ventilazzjoni.
Il-Garanzija ta’ Ambjent Sigur
• Persuni mhux awtorizzati mhumiex se jitħallew jidħlu l-iskola. L-istudenti u staff awtorizzat BISS se jitħallew jidħlu fl-iskola.
• Aħna nixtiequ li l-ġenituri\kustodji jikkomunikaw magħna bit-telefon, imejl jew permezz talkomunikazzjoni onlajn li se ngħinu biex titwaqqaf. Id-dettalji ta’ kif għandkom tikkomunikaw magħna jinsabu aktar ‘l isfel.
• Qabel ma jidħlu fl-iskola, il-viżitaturi awtorizzati jridu jiddiżinfettaw idejhom bis-sanitiser ipprovdut u tiġi ċċekkjata t-temperatura tagħhom.
• L-iskola se żżomm rekord bid-dettalji tal-persuni awtorizzati kollha li jidħlu fil-bini tal-iskola.
• L-iskola se jkollha stickers imwaħħla apposta biex tgħin lill-istudenti u ’l membri tal-iskola jżommu ddistanza soċjali.
• Se tinżamm sistema organizzata biex wieħed jiċċaqlaq minn post għal ieħor fl-iskola, ie. fil-kurituri wieħed irid dejjem jimxi fuq in-naħa tax-xellug.
• L-assemblies se jinżammu onlajn meta t-tfal ikunu fil-klassi.
• Ma jistgħux isiru ħarġiet mill-iskola sakemm ikun hemm avviż ieħor.
• Parents’ day/evening se jinżammu wkoll onlajn, għalhekk il-ġenituri huma mħeġġa li jniżżlu l-Microsoft Teams. Toqogħdux taħsbuha biex tikkuntattjaw l-iskola, jekk ikollkom bżonn xi ħaġa dwar dan.
• Sanitisers tal-idejn se jkunu mqassma fl-iskola u f’kull klassi.
• Se niżguraw li se jkun hemm l-aqwa kundizzjonijiet iġjeniċi fl-iskola tagħna billi jsir ħasil sew b’mod regolari. It-toilets se jitnaddfu regolarment u se jkun hemm is-sapun u l-karti disposable l-ħin kollu.

F’Każ ta’ Mard
• Jekk student iħossu ma jiflaħx fl-iskola, dan l-istudent irid jittieħed fil-Kamra ta’ Iżolament. Ilġenituri/kustodji jintalbu biex jiġbru t-tifel/tifla tagħhom. Huwa importanti ħafna li l-ġenituri/kustodji jikkoperaw immedjatament u jikkuntatjaw lit-tabib tal-familja.
• Jekk student kien f’kuntatt ma’ xi ħadd li kien ikkonfermat pożittiv għall-COVID 19 fl-aħħar ġimgħatejn, l-istudent għandu jibqa’ d-dar u jfittex il-parir ta’ tabib.
• Jekk l-istudent ikun ivvjaġġa minn pajjiż mhux fil-lista ta’ vvjaġġar (non-corridor) jew ta’ riskju għoli (amber) fl-aħħar 14-il ġurnata, l-istudent għandu jibqa’ d-dar.

Nedukaw lil Uliedna
Il-ġenituri/kustodji huma wkoll imħeġġa biex jissapportjaw il-benesseri ta’ kulħadd billi:
• Ifissru lit-tfal tagħhom li t-tgħanniq u li tieħu b’idejn ħaddieħor mhumiex permessi.
• Juru lit-tfal tagħhom kif għandhom jaħslu sew idejhom bis-sapun u l-ilma.
• Jgħallmu lit-tfal tagħhom biex ma jmissux wiċċhom, imneħirhom, ħalqhom u għajnejhom jekk ma jkunux ħaslu jew iddiżinfettaw idejhom immedjatament qabel.
• Jgħallmu lit-tfal tagħhom kif jużaw it-tissues meta jagħtsu/jisogħlu. It-tfal għandhom ikunu mgħallma kif jissoffjaw imneħirhom u jarmu t-tissues użati fil-bins ipprovduti mmedjatament wara l-użu tagħhom.

Informazzjoni
• Jekk ikollkom bżonn tikkuntattjaw l-iskola, tistgħu tagħmlu dan billi ċċemplu fuq: 25988300 jew tużaw limejl tal-iskola – snc.rabat.ms@learn.edu.mt jew permezz ta’ Microsoft Teams.
• Dħul u Ħruġ (skond il-popolazzjoni tal-iskola):
Kulħadd irid jidħol liskola sat-7.40a.m.
Ħruġ isir fis-2.06p.m.mill-istess postijiet ta’ filgħodu
Studenti li jiġu bil-vannijiet u dawk li jwassluhom il-ġenituri bil-karozza – Il-BIEB PRINĊIPALI fejn l-uffiċċju tal-Kap talIskola fi Triq Ferris quddiem Colours Stationery

Studenti li jiġu mal-Coaches – Il-GATE TAR-RAMPA quddiem il-Mużew
L-istudenti li jiġu bil-mixi – IL-BIEB l-antik tat-tarag fi Triq il-Kulleġġ

Informazzjoni Oħra
• L-attendenza se tittieħed u l-puntwalità hija importanti ħafna. Iċ-ċertifikati tal-mard iridu jiġu ppreżentati jew mibgħuta b’imejl jew jiġu mpustati fil-kaxxa tal-ittri tal-iskola idealment qabel ma l-istudent jirritorna
lura l-iskola.
• L-uniformijiet u l-basktijiet għandhom jinħaslu kuljum.
• Ħudu ħsieb li t-tfal ma jiħdux affarijiet l-iskola li ma jkollhomx bżonnhom. Iċċekkjaw il-basktijiet tagħhom kull filgħodu.
• Kull ħaġa mitluba mill-iskola, inkluż ir-reċipjenti tal-ikel u l-fliexken, għandu jkollhom isem it-tfal imwaħħlin fuqhom. Dawn iridu jkunu miktubin b’mod ċar u jinħaslu kuljum.
• L-użu tal-funtani tal-ilma huwa għalissa assolutament ipprojbit. Għaldaqstant, il-ġenituri/kustodji għandhom jaraw li t-tfal ikollhom biżżejjed ilma għal matul il-ġurnata.
• Aħna ninkoraġġixxu lill-ġenituri/kustodji biex jagħtu lit-tfal aktar ikel san ħalli dan ikun jista’ jsaħħilhom issistema immunitarja. Fl-iskola, se nkomplu nkattru l-imħabba għal stil ta’ għajxien aktar san.
• Il-kejkijiet tal-birthday mhumiex permessi. Huma permessi biss plain cupcakes jew ċikkulati li jkunu ppakkjati IMMA ma jistgħux jittieklu fl-iskola. Dawn għandhom jittieħdu d-dar.
• Il-ġenituri/kustodji huma mitluba li jagħtu ċertu responsabbiltajiet lit-tfal u jgħallmuhom jagħmlu xi affarijiet waħidhom. Huwa importanti li jitgħallmu miċ-ċokon kif jilbsu ż-żraben tagħhom, kif jilbsu lġgieget u jkunu organizzati.
• Il-ġenituri/kustodji huma mitluba li jinfurmaw lill-iskola jekk ikollhom xi suspett tad-dud fix-xagħar. It-tfal li jkollhom id-dud jintbagħtu d-dar u jkunu jistgħu jmorru lura l-iskola META jkollhom iċ-ċertifikat li juri li
huma nodfa u li jistgħu jirritornaw l-iskola.
• It-tfal għandhom bżonn bejn 8 sa 10 sigħat irqad. Tħallux lit-tfal jilagħbu sa tard bil-lejl jew iħallu mobiles, monitors, kompjuters, eċċ., fil-kmamar tas-sodda tagħhom għaliex jistgħu jqumu billejl u joqogħdu jilagħbu. Dan iġib nuqqas ta’ rqad.
• L-ibbuljar mhuwiex aċċettat. Il-ġenituri/kustodji huma mħeġġa jgħallmu lil uliedhom ikunu ġenerużi u jaħfru lil xulxin. Aħna l-adulti għandna nagħtu eżempju tajjeb.
• Jekk ikun hemm xi ħaġa li tinkwetakom, ċemplu lill-iskola mill-ewwel ħalli tiddiskutu l-problema bil-kalma mal-istaff tal-iskola.
• Meta l-iskola u l-ġenituri jaħdmu id f’id, it-tfal ikunu aktar kuntenti u jmorru aħjar fl-istudji tagħhom.

Bħal dejjem, aħna nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom u nħarsu ’l
quddiem

Add Comment