Amalgamajna żewġ lezzjonijiet flimkien: il-Malti u l-Ekonomija Domestika.
Jiena bħala għalliema tal-Malti u Ms Buhagiar bħala għalliema tal-Ekonomija Domestika u anke fir-rwol ta’ Mentor, kull sena ningħaqdu flimkien b’uħud mill-istudenti tagħna sabiex inħawruftira tajba.
Ovvjament jiena nkun ili nippreparahom bit-topik tal-Kmand u dwar kif għandna nsegwu riċetta bl-istruzzjonijiet tagħha.
L-istudenti kienu jidhru f’posthom fil-laboratorju tal-Ekonomija Domestika għaliex appena daħlu, mill-ewwel bdew jilbsu l-fradalu l-kpiepel. Kienu huma li bdew jgħinuni minn fejn irrid noħroġ l-injama għat-tqattigħ, is-skieken, il-frieket u l-imgħaref. Jiena ħallejt f’idejhom biex imexxuni. Il-ħobż agħtih lil min jaf jieklu!!
Kulħadd dar madwar l-imwejjed u ħassejtni qisna familja waħda! Jien naqralhoml-istruzzjoni u huma jesegwixxu. Ms Buhagiar b’għajnejn ta’ seqer tara li dak kollu li għallmithom, qegħdin iwettquh!!
U fl-aħħar ma naqsux li naddfu warajhom u ħallew il-laboratorju nadif.
Grazzi għeżież studenti,
Ms Buhagiar u Ms Micallef



Daqqet il-qanpiena tal-brejk!
Għall-erwieħ! X’ġuħ għandna!
L-istudenti kollha ħarġu għalenija lesti biex jindafru mal-ftira li ħejjew b’ tant dedikazzjoni!